Ma qabilx jew nuqqas ta’ ftehim Disagree or lack of agreement

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal MA QABILX jew NUQQAS TA’ FTEHIM għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir sinjal għan-NEGATTIV b’id waħda forma ta’ 5 li tgħaddi ħafif minn-taħt il-geddum ’il barra. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal FTEHIM. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u tieqaf fuq quddiem bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ A u tolqot il-pala tal-id il-wieqfa xi darbtejn.

The sign for DISAGREE or LACK OF AGREEMENT has two parts. (i) First the sign for NEGATIVE is made with one hand in the shape of 5 which brushes below the chin from the inside to the outside. (ii) Then the sign for AGREEMENT is made. One hand takes the shape of 5 and is held stationary at the front with palm facing upwards. The other hand takes the shape of A and hits the palm of the stationary hand about twice.